Il-ftehim bejn Valletta FC u l-investituri barranin għadu fis-seħħ | One News

Notifiki

Il-ftehim bejn Valletta FC u l-investituri barranin għadu fis-seħħ

Waqt intervent fil-programm L-Argument Ikompli, il-president ta’ Valletta FC Victor Scriha kkonferma li l-ftehim bejn il-klabb Belti u l-investituri mill-Arabja Sawdija għadu fis-seħħ minkejja xnijjat li dan l-ftehim sfaxxa.

Scriha sostna li dawn l-investituri qed jorbtu l-investiment tagħhom mal-art li Valletta FC ser jingħataw mill-gvern fl-aħħar ta’ Marzu.  Il-president ta’ Valletta FC sostna li jekk għal xi raġuni jew oħra l-investituri mill-Arabja Sawdita jiddeċiedu li ma jkomplux għaddejjin bl-investiment propost, huma diġà għandu investituri oħra li wrew interess li jinvestu fil-klabb Belti.

Meta mistoqsi dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-viċi president Alexander Fenech, Scriha sostna li Fenech bagħat l-ittra tar-riżenja tiegħu liema riżenja qatt ma ġiet aċċettata.  Huwa sostna li għad għandhom relazzjoni tajba ħafna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend