Dillon Cassar jirbaħ it-tellieqa tal-irġiel organizzata mill-MAAA | One News

Notifiki

Dillon Cassar jirbaħ it-tellieqa tal-irġiel organizzata mill-MAAA

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Frar, il-MAAA organiżżat ir-raba’ u l-aħħar tellieqa fir-Road Running League  għall-istaġun 2018-2019. Din kienet tellieqa ta’ 10km li bdiet u spiċċat f’Ta’ Qali.

It-tellieqa tal-Irġiel kienet mirbuħa minn Dillon Cassar ta’ Raptorz u grazzi ghal din ir-rebħa Dillon irnexxielu ukoll jirbaħ il-League. Fit-tellieqa tan-Nisa, Lisa Marie Bezzina wara li kisbet ir-raba rebħa tal-League ta’ dis-sena rebħet ukoll il-League mingħajr wisq problemi.

Fil-Kategoria tal-Irgiel, kien hemm inċertezza min se jirbaħ il-League minħabba l-fatt li kemm Dillon Cassar, Andrew Grech u Luke Micallef kienu sa l-aħħar tellieqa kollha biċ-ċans. Fil-fatt sa nofs it-tellieqa, dawn it-tlett atleti baqgħu flimkien iżda ftit ftit Luke Micallef beda jaqa’ lura u fl-aħħar sprint Dillon Cassar irnexxielu igħaddi lil Andrew biex b’hekk mhux biss rebaħ it-tellieqa imma ukoll rebaħ il-League.

B’hekk fil-klassifika finali tal-league, ir-rebbieħ kien Dillon Cassar filwaqt li Andrew Grech kien it-tieni, b’Luke Micallef jispiċċa it-tielet.

Fit-tellieqa tan-Nisa, Lisa Marie Bezzina (Pembroke) kisbet r-raba’ rebħa tagħha tal-istaġun fil-League f’hin tajjeb  ta’ 36:40. Roberta Schembri (St Patrick’s) kienet it-tieni f’37:14, filwaqt li Mona Lisa Camilleri (AS Libertas) kienet it-tielet.

Fil-Klassifika Finali tan-Nisa, Lisa Marie Bezzina kienet r-rebbieħa ta dis-sena, filwaqt li Mona Lisa Camilleri u Roberta Schembri kienu t-tieni u t-tielet rispettivament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend