"Missieri ħallas b'ħajtu sabiex jipprovdi għajxien tajjeb lill-familja" – Bint Paul Formosa | One News

Notifiki

“Missieri ħallas b’ħajtu sabiex jipprovdi għajxien tajjeb lill-familja” – Bint Paul Formosa

B’reazzjoni għall-bosta allegazzjonijiet li ħarġu fil-midja, bint Paul Anthony Formosa qalet ma’ one.com.mt  li mhux ġustifikat li n-nies qed jużaw il-mewt ta’ missierha għal għanijiet razzjali. Hija fakkret ukoll li l-immigranti li qed jaħarbu bħalissa mis-Somalja qegħdin jaħarbu mill-istess nies li attakkaw u qatlu lil missierha. Hija qalet ukoll li kontra ta’ dak li qalil-grupp terroristiku Al Shabaab,missierha ma kienx is-Somalja b’mod illegali u kien qed jaħdem hemm bħala impjegat ma’ kumpanija sabiex iġib għajxien aħjar għall-familtu.

Hija qalet ukoll li huwa kien bniedem ddedikat ħafna għal xogħlu u finalment spiċċa ħallas b’ħajtu sabiex għamel dan kollu. Bint Formosa appellat ukoll għall-privatezza f’dan iż-żmien tant delikat għalihom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend