Tedesco mal-partitarji…u huma miegħu | One News

Notifiki

Tedesco mal-partitarji…u huma miegħu

Frisk minn sospensjoni ta’ għaxar logħbiet il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Giovanni Tedesco segwa l-logħba tal-lum kontra St Andrews minn fost il-partitarji.

Hemm ma naqasx milli jagħti xi struzzjoni jew tnejn f’logħba li spiċċat bl-iskor ta’ 3-0 għal Ħamrun Spartans. Ovvjament, dejjem kif seta’ ladarba ma setax jieħu postu fuq fil-grawnd għax fl-aħħar logħba qabżitlu xi ftit minħabba deċiżjonijiet żbaljati tar-referi.

Iżda, li spikka kien l-istess partitarji li għamluha ċara li jagħtuh sinjal qawwi ta’ appoġġ fejn banner bil-kliem Tedesco u l-kuluri ħomor u suwed sab postu fil-grawnd.
Fir-ritratt li ntbgħat lilna Tedesco jidher jieħu pjaċir b’dan il-kumpliment li sar lilu. Partitarji oħra żammew f’idhom il-kliem I am with Tedesco.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend