Sistema edukattiva b’aktar opportunitajiet għall-istudenti – One News

Notifiki

Sistema edukattiva b’aktar opportunitajiet għall-istudenti

“Rajtha interessanti ħafna li ħadna sehem mat-tfal mhux bħal fi żmienna irridu niddeċiedu kollox għalina u nistgħu nagħtuhom parir anke l-carers li kienu qed jaqduna kienu ta’ għajnuna kbira.”

Din kienet reazzjoni ta’ ħafna ġenituri li attendew għall-Fiera Nazzjonali Choice of Subjects li saret f’lukanda ewlenija fil-Furjana.  Matul tmiem din il-ġimgħa, il-ġenituri kellhom l-opportunita’ li jsiru jafu dwar is-suġġetti li ser ikunu offruti lill-uliedhom li fis-sena skolastika li jmiss ser ikunu fit-tielet sena sekondarja.

“Fuq tal-vokazzjonali fhimtha ħafna iktar- daħlet din tal-‘hands on’ veru ħassejtha tajba ħafna għax nagħtu mod it-tifel jippreferi jqum jagħmel xi affarijiet milli il-ħin kollu bilqegħda jikteb.”

“L-ewwel ħaġa għax inkunu nistgħu inkunu nafu aħjar u tgħinna aħjar u tgħinna nagħzlu s-suggetti li t-tifla tixtieq tagħżel. Ikollna aktar informazzjoni  itiha direzzjoni- kieku ma kienx hawn din il-fiera konna nkunu mitlufin.”

“Inkoraġġieni biex nieħu idea iktar ċara- it-tifla ġa kienet taf- x’ħa tieħu imma hekk ħadna idea aktar ċara x’tista tagħżel l-aħjar u x’jistgħu joffru għaliha fil-futur.  Hawn suġġetti li żiedu li jistgħu jiftħu opportunitajiet iktar għal ‘hands on’ fuq dik il-linja ituhom aktar opportunitajiet.”

F’din il-fiera, l-istudenti kellhom l-opportunità li jiskopru f’aktar dettall tmienja u għoxrin suġġett. Dwar dan tkellimna ma’ Glen Cascun – wieħed mill-persuni li offrew pariri lil dawn iż-żgħażagħ:

Huwa qal: “Hawnhekk jistgħu jistaqsu u jkollhom aktar informazzjoni- din is-sena wkoll ħa noffru suġġetti prattiċi, akkademiċi u vokazzjonali u ser tkun qed tgħinhom ħafna għaliex mhux kull student jitgħallem bl-istess mod.”

Tkellimna wkoll mal-istudenti – il-protagonisti ta’ din il-fiera – li huma għażla ’l bogħod mill-karriera futura tagħhom:

“Textiles and fashion- inħobb inpengi hafna u dejjem xtaqt inpengi l-ilbiesi u hasejttni jekk naghzel dan is-suggett u nkun naf iktar fuqu ser jghini fil-futur.”

“Ħabba s-suġġetti favoriti tiegħi u li ħa nsir la nikber-saqsejthom lil eductional officers u qaluli xi jmur ma’ dawn is-suggetti.”

“Is-suggetti li veru laqtuni huma l-accounts u l-IT u ġejt hawn biex insaħħaħ id-deċizjoni tiegħi.”

Mis-sena d-dieħla, l-istudenti ser ikollhom għażla aktar wiesgħa- bl-introduzzjoni ta’ suġġetti prattiċi, vokazzjonali kif ukoll dawk applikati; immirati sabiex jolqtu l-gosti u l-ambizzjonijiet ta’ kulħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend