Il-Prim Ministru jinawgura showroom ġdida fl-Imrieħel – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jinawgura showroom ġdida fl-Imrieħel

Il-kumpanija Portelli & Brincat fetħet showroom ġdida fl-Imrieħel b’kollaborazzjoni ma’ kumpanija taljana tal-għamara bl-isem La Giusa mobili b’investiment ta’ madwar 800,000 ewro.

Preżenti għall-inawgurazzjoni ta’ din is-showroom bl-isem Custhome, il-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar lill-kumpanija Portelli and Brincat għas-servizz professjonali u ddedikat li offrew tul l-aħħar 38 sena.

Huwa tenna li permezz ta’ viżjoni ta’ tkabbir ekonomiku, illum il-ġurnata kumpaniji u negozji barranin qed jagħżlu lil Malta sabiex ikabbru l-operat tagħhom.

Il-Prim Ministru minn naħa l-oħra żied jgħid l-ekonomija f’pajjiżna hija fost l-aqwa fl-Ewropa għaliex in-negozji qed jagħmlu tajjeb mill-opportunitjiet li jinsabu f’pajjiżna.

One News tkellem mad-direttur tal-kumpanija Portelli and Brincat Mauro Portelli dwar il-kollaborazzjoni ġdida mal-kumpanija Taljana.

“Il-grupp La Giusa huwa grupp b’saħħtu ħafna fi Sqallija jiġifieri kumpanija ta’ over 50 years isimhom importanti u jaħdmu ħafna fis-settur tal-made to measure”, qal is-Sur Portelli.

Portelli stqarr ukoll li grazzi għall-andament pożittiv li Malta għaddejjha minnu fis-settur ekonomiku, illum il-ġurnata huwa iktar faċli għal negozji kemm Maltin u kif ukoll barranin sabiex jespandu l-operat tagħhom.

Huwa qal “Illum il-ġurnata hija iktar faċli. Ir-ritmu tal-ekonomija jiġbed iktar attenzjoni u kif qal Salvatore id-direttur tal-grupp La Giusa, Malta saret punt ta’ riferiment u vera u bl-għajnuna kollha qiegħdin hawnekk”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend