Il-Prim Ministru jagħmel sew isostni l-libell tiegħu kontra l-eredi ta’ Caruana Galizia – Alfred Sant – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jagħmel sew isostni l-libell tiegħu kontra l-eredi ta’ Caruana Galizia – Alfred Sant

L-ex Prim Ministru Alfred Sant qal li il-Prim Miinistru Joseph Muscat għandu mija fil-mija raġun li jkompli jsostni l-libell tiegħu dwar il-każ tal-Egrant sakemm l-eredi tal-ġurnalista s-sinjura Caruana Galizia jibqgħu jiċħdu l-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali li nżammet dwar il-każ.

L-MEP Laburista qal li l-allegazzjonijiet li saru kontra l-Prim Ministru Muscat u l-familja tiegħu kienu ta’ natura kriminali mill-aktar serja. L-inkjesta sabet b’mod konklussiv li l-allegazzjonijiet kienu bbażati fuq “informazzjoni” falza jew fuq l-ebda prova. Min ma jaċċettax dan qed juri ħaġa waħda.

“Fir-realtà, id-diskors li nisimgħu dwar l-hekk imsejħa saltna tad-dritt mhu xejn ħlief paraventu biex jaħbi intenzjonijiet okkulti, partiġġjani, anzi klassisti li huma nieqsa minn kull sens ta’ trasparenza u fair play demokratiku.” qal Alfred Sant.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend