Il-borra, s-silġ u l-kesħa jkomplu jiddominaw fir-Renju Unit | One News

Notifiki

Il-borra, s-silġ u l-kesħa jkomplu jiddominaw fir-Renju Unit

Is-silġ u l-borra qed ikompli jikkawża diversi ħsarat u ntoppi fir-Renju Unit.

L-ammont għoli ta’ borra wassal biex jingħalqu l-iskejjel, jitħassru xi titjiriet u mijiet ta’ karozzi jitħallew abbandunati fit-toroq.

It-twissija għal silġ u borra għal parti kbira tar-Renju Unit se tibqa’ fis-seħħ sa iżjed tard illum.

Waħda mill-iżjed inħawi l-iktar milquta b’dan it-temp estrem fir-Renju Unit hija l-Iskozja hekk kif it-temperatura hemmhekk mistennija tinżel għal sittax-il grad taħt iż-żero fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend