"Bkew magħna u ħadmu qatigħ biex isalvaw il-ħajja ta' Elise" | One News

Notifiki

“Bkew magħna u ħadmu qatigħ biex isalvaw il-ħajja ta’ Elise”

“Grazzi kbira lit-tim tal-ITU tat-tfal f’Mater Dei, infermiera, tobba u professuri li ħadmu fuq li ħadmu biex isalvaw lil Elise. Saħansitra anke bkew magħna.”

Kien dan il-messaġġ ta’ ringrazzjament tan-nanna ta’ Elise, it-tarbija ta’ tmien xhur li tilfet ħajjitha wara li ddaħħlet l-isptar tbati mis-settiċemija aktar kmieni din il-ġimgħa.

Hi spjegat kif id-dar kienet mżejna b’Elise u ssa żejnet id-dar bir-ritratti tagħha biex kull fejn tħares, taraha.

F’isem il-ġenituri ta’ Elise u l-qraba kollha, hi rringrazzjat lil dawk kollha li f’mument ta’ faraġġ kienu ta’ spalla.

Hi temmet il-messaġġ tagħha bi kliem ta’ tifħir u kif ukoll ta’ ringrazzjament għat-tim ta’ professjonisti fl-ITU tat-tfal fejn qalet kif it-tim hu wieħed b’saħħtu u ddedikat f’dak kollu li jagħmel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend