20,000 dar milquta mill-għargħar fi Queensland – One News

Notifiki

20,000 dar milquta mill-għargħar fi Queensland

Xita tal-monsoon ikkawżat għargħar kbir f’partijiet mill-istat ta’ Queensland fl-Awstralja.

Karozzi u bhejjem inġarru mal-ilmijiet fil-belt kostali ta’ Townsville, filwaqt li l-paramediċi qed jgħinu lin-nies joħorġu minn djarhom fuq ċatri.

Uffiċjali wissew li jekk il-forza tal-ilmijiet ma tonqosx, jistgħu jgħerqu kompletament mal-20,000 dar.

In-naħa ta’ fuq ta’ Queensland għandha klima tropikali u l-monsoons bejn Diċembru u April huma xi ħaġa normali, iżda l-kundizzjonijiet li hemm bhalissa, speċjalment fl-inħawi ta’ Townsville, m’humiex komuni li jseħħu.

Intant, filwaqt li dan l-istat qed jegħreq fl-għargħar, l-istat ta’ Tasmania fin-naħa t’isfel tal-kontinent jinsab iddominat mill-bushfires. Jannar kien l-aktar xahar xott u sħun għall-Awstralja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend