L-istudenti u l-edukaturi Maltin se jibbenefikaw minn sistema teknoloġika u riżorsi ta’ klassi dinjija.
Dan grazzi għall-ftehim milħuq bejn il-Ministeru tal-edukazzjoni u l-Oracle Academy, kumpanija imwaqqfa fl-Istat Uniti u toffri l-għodod u sistemi teknoloġiċi lil 6,300,000 student fi 15,000 istituzzjoni edukattiva mferrxa f’128 pajjiż.
L-istudenti minn 8 snin il fuq, fl-iskejjel primarji , sekondarji, MCAST u Univerista – se jkollhom aċċess għal sistema teknoloġika li tgħinhom fit-tagħlim tagħhom.
Il-Country Leader ta’ Oracle Malta Michael Balzan spjega kif din is-sistema teknoloġika tgħin lill-istudenti għal meta fil-futur ikun fid-dinja tax-xogħol.
Michael Balzan, Country Leader f’Oracle Malta qal: “Studenti se jkollhom aċċess ghal din l-platform anki l-edukaturi. Isibu aċċess u anki għandhom software ta’ kif se taħdem. Qegħdin nitkellmu fuq tal-aħħar teknoloġija Iae, machine learning big data tal-aħħar teknoloġija li kollox se jsibu fid-dinja tax-xogħol.
L-għalliema se jingħataw taħriġ kif iħaddmu din is-sistema teknoloġika.
Michael Falzon kompla billi qal:” L-għalliem huma l-partners tagħna. Se jkunu qegħdin jaċċessaw l-materjal. Jieħdu dak li hemm bżonn fis-sistema. Iġifieri dawn it-teachers se jkollhom bżonn tagħlim biex iħaddmu din is-sistema”.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal dan il-ftehim jixhed l-impenn tal-gvern li jkompli jtejjeb il-kwalità tas-sistema edukattiva tagħna u jeħodha għal-livell li jmiss.
Dan kif qed isir permezz tal-inizjattiva My Journey li tinkludi d-dħul ta’ għadd ta’ suġġetti ġodda.
B’reazzjoni għall-kritika tal-Unjoni tal-Għalliema, il-Ministru Bartolo qal li fi Frar huwa pjanat li jsir programm ta’ taħriġ għall-għalliema li jixtiequ jgħallmu dawn is-suġġetti u fil-ġimgħat li ġejjin se joħorġu diversi sejħiet pubbliċi għall-edukaturi sabiex jgħallmu dawn is-suġġetti.
Il-Ministru Evarist Bartolo qal:”Ma nistax nifhem din l-istqarrija tal-MUT esaġerata, għadu kmieni wisq hemm proċess naraw kemm hemm studenti li se jagħżlu suggetti imbagħad naraw kemm hemm bżonn ghalliema”.