Ħadd ma jidher li ndarab f’inċident tat-traffiku bejn diversi karozzi li seħħ tard il-Ġimgħa filgħaxija taħt il-mini ta’ San Ġiljan.
one.com.mt jinsab informat li kien għall-ħabta tal-10.00 p.m. li seħħet ħabta bejn tliet vetturi, b’waħda minnhom tispiċċa fil-ħajt u oħra li mad-daqqa spiċċat daret dawra mejt. Kawża tal-inċident inħolqot konġestjoni tat-traffiku fl-inħawi ta’ San Ġiljan.