Tfittxija għal katavru li ntlemaħ f’wiċċ il-baħar qrib Ta’ Fra Ben irriżultat fin-negattiv. ONE News hu nfurmat li l-Ħamis waranofsinhar persuna ta’ nazzjonalità barranija rrappurtat lill-Pulizija, li lemħet katavru f’wiċċ il-baħar fl-inħawi Ta’ Fra Ben fil-Qawra.
Sorsi qalu li mal-wasla tagħha fuq il-post il-Pulizija kkonfermat dan ma’ żewġ persuni oħra Maltin li wkoll qalu li lemħu dan il-katavru.
Minnufih skattaw it-tfittxijiet mill-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta għal dan il-katavru li jidher li nġarr il-barra mill-kurrent.