Raġel armat b’arma tan-nar jidħol jisraq minn ħanut f’San Pawl il-Baħar – One News

Notifiki

Raġel armat b’arma tan-nar jidħol jisraq minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Ħadd ma weġġa’ f’serqa li seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi stabbiliment li jinsab fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Baħar. Stħarriġ preliminari rriżulta li raġel liebes kollox iswed u allegatament armat b’arma tan-nar daħal fl-istabbiliment u talab il-flus lill-kaxxiera – mara ta’ tnejn u sittin sena minn San Pawl il-Baħar. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta li appuntat u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend