L-MFSA twitti t-triq biex tkun fost l-aqwa regolaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa – One News

L-MFSA twitti t-triq biex tkun fost l-aqwa regolaturi tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA nediet il-viżjoni u l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin.

L-MFSA ppubblikat ukoll dokument ta’ konsultazzjoni dwar l-istrateġija tal-FinTech u pproponiet li tintroduċi ċentru ta’ innovazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha nediet l-immaġini l-dida tagħha f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri qal li din il-viżjoni tiddefinixxi l-missjoni tal-Awtorità u l-viżjoni strateġika tagħha.

Huwa semma li din il-viżjoni hija msejsa fuq erba’ pilastri fosthom ir-riżors uman, it-teknoloġija, u aktar involviment tal-partijiet kkonċernati.

Cuschieri qal li “Awtorita bħall-mfsa huwa importanti li jkollha l-aktar teknoloġija avvanzata għax it-teknoloġija ħa tgħin lill-awtorita fil-missjoni tagħha biex tkun ir-regolatur effiċjenti u effikaċi pero tkun regolaatur ta’ livell għoli bħal regolaturi u istituzzjonijiet ewropej”

Id-dokument Viżjoni 2021 se jiffoka wkoll fuq il-ħidma tal-MFSA fir-rigward tal-infurzar u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Is-Sur Cuschieri spjega kif l-aġenda riformattiva tal-MFSA tinkludi wkoll bidla sħiħa tal-istrutturi fl-awtorità u ta’ governanza tagħha bl-għan li l-Awtorità tilħaq l-isfidi futuri tagħha b’mod aktar effettiv.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-preżenza tiegħu tikkonferma l-impenn tal-Gvern sabiex jappoġġja t-trasformazzjoni tal-MFSA filwaqt li l-programm ta’ jwassalha sabiex issir waħda mill-aqwa istituzzjonijiet regolatorji fis-servizzi finanzjarji Ewropej.

Il-Prim Ministru qal “M’hemmx dubju li ħa ssaħħaħha għax m’hemx dubju li minn naħa ħa jkollok il-gvern li qed imexxi l-quddiem linja favur it-teknoloġija imbagħad ir-regolatur ma jkunx abreast ma din it-teknoloġija. B’dan li qed isir illum nemmen li r-regolatur nemmen li qed jimbarka fuq il-pożizzjoni t-tajba”

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Silvio Schembri spjega kif is-servizzi tal-Fintech qed isiru dejjem aktar popolari u għalekk laqa’ l-impenn tal-awtorità li qed taġġorna ruħha għall-futur.

Ta’ QabelLi Jmiss