Il-ġerwa Ariel issalva minn ħalq il-mewt – One News

Notifiki

Il-ġerwa Ariel issalva minn ħalq il-mewt

Ariel hija l-ġerwa ta’ tip fox terrier, li ftit ilu nstabet bejn ħajja u mewt ħdejn id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Flimkien ma’ Arial fis-Siġġiewi, insatbu tnejn minn ħutha, fejn ġeru minnhom instab mejjet b’daqqa ta’ karozza u l-ieħor instab b’jibki ħdejn ħutu.
Fuq post li ttella’ fuq Facebook jidher li Ariel, bl-għajnuna tal-veterani u l-Animal Welfare, salvat. Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali ħabbar ukoll li qed ifittxu lil xi ħadd biex jaddottaha jew jiffosterjaha. Saħqet li idealment xi ħadd li jqatta’ ħafna ħin fid-dar, peress li Arial trid ħafna attenzjoni biex timxi. L-għaqda żiedet tgħid li jekk hu possibli jiġi addottat ħuha li nstab itertaq fl-istess post.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend