ARA: X'jaħsbu t-tfal mill-iskola l-ġdida ta' Marsaskala | One News

Notifiki

ARA: X’jaħsbu t-tfal mill-iskola l-ġdida ta’ Marsaskala

Wara li t-tmexxija tal-iskola u l-persunal klerikali bdew joperaw mill-iskola l-ġdida fil-jiem li għaddew, u l-edukaturi ppreparaw il-klassijiet tagħhom, issa kien imiss lill-ewwel mitt student tal-kindergarten iżanżnu l-iskola primarja l-ġdida fil-lokalità ta’ Marsaskala hekk kif fetħet il-bibien tagħha. Mitejn student ieħor ta’ etajiet varji se jiġu rilokati l-gimgħa d-dieħla.

L-istudenti u l-għalliema tagħhom kienu ppreparati sa mill-bidu tas-sena skolastika u għalhekk dan iċ-ċaqliq ma kkawża ebda problema fit-tmexxija tal-iskejjel. B’investiment ta’ €7 miljun, din l-iskola għandha daqs ta’ 6,000 metru kwadru, inkluż parkeġġ għall-karozzi taħt l-art b’daqs ta’ 2,000 metru kwadru.

Din l-iskola se tkun qiegħda tikkumplimenta l-iskola primarja eżistenti fl-istess lokal li se tibqa’ topera. L-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ din l-iskola se ssir matul ix-xahar li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend