BIL-FILMAT: Moody’s tikkonferma rating A3 għal Malta – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Moody’s tikkonferma rating A3 għal Malta

Għal darb’oħra l-aġenzija ta’ kreditu indipendenti Moody’s reġgħet ikkonfermat ir-rating ta’ Malta A3 bi prospettivi pożittivi għall-futur.

Fl-analiżi tagħha tal-ekonomija Maltija, Moody’s qalet ukoll li dan ir-rating mistenni jkomplu jtejjeb il-qagħda tal-finanzi pubbliċi.

Moody’s qalet ukoll li dan ir-rating pożittiv wasal grazzi għat-tkabbir robust tal-ekonomija u grazzi għall-għaqal tas-settur bankarju lokali.

L-ekonomisti internazzjonali qalu wkoll li s-saħħa ekonomika ta’ pajjiżna hija tajba u din qed tirrifletti wkoll f’żieda fid-dħul ras għal ras meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra. Żieda li qed tiġi riflessa fi tnaqqis tal-faqar.

Moody’s qed tantiċipa wkoll li din is-sena r-rata ta’ tkabbir ħa tibqa’ b’saħħitha minħabba l-investiment qawwwi mis-settur privat. L-ekonomisti qalu li din is-sena qed jistennew rekord ieħor fejn jidħol is-surplus tal-kotba tal-Gvern.

Għal din is-sena qed jiġi antiċipat li l-surplus ikun ilaħħaq il-1.2% tal-proditt domestiku gross tas-sena li għaddiet. Huma qed jistennew ukoll surplus mill-profitti tal-programm taċ-ċittadinanza b’investiment.

Minkejja l-attakki u l-allegazzjonijiet kontinwi mill-oppożizzjoni, Moody’s qalet li Malta tilħaq l-istandards għall-prattiċi tajba fil-maġġoranza tal-prinċipji tal-Fond monetarju Internazzjonali.

Moody’s laqgħet ukoll l-investiment u l-pjan li sar fl-FIAU sabiex ikomplu jiġu missielta l-ħasil tal-flus u finanzjarjament tat-terroriżmu.

Moody’s qalet ukoll li s-saħħa tal-istituzzjonijiet f’pajjiżna hija tajba ħafna u din hija riflessjoni tal-politka tajba u liġijiet b’saħħithom fis-settur li kulma jmur dejjem qed jiġu mtejba.

Intnat’ b’rabta ma’ dan iċ-ċertifikat pożittiv għal pajjiżna, l-Ministru Edward Scicluna qal li jinsab kuntent li Moody’s għarfet l-impenn tal-Gvern fit-tisiħ tal-istituzzjonijiet filwaqt li rnexxielha żżomm stabbiltà fiskali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend