“Kburi u m’għandix minn xiex nistħi fil-każ tal-Fekruna”- Jason Azzopardi – One News

Notifiki

“Kburi u m’għandix minn xiex nistħi fil-każ tal-Fekruna”- Jason Azzopardi

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li huwa kburi u m’għandux minn xiex jistħi dwar l-esproprjazzjoni tal-art fil-Fekruna lejlet l-elezzjoni ta’ Marzu tal-2013.

Huwa u jixhed quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi dwar l-investigazzjoni li għamel l-uffiċċju tal-Awditur, Azzopardi qal li kieku jerġa’ jkun ministru tal-artijiet, jerġa’ jagħmel l-istess kif għamel fil-każ tal-Fekruna.

Dwar il-kaz tal-Fekruna, l-Awditur Ġenerali kkritika l-proċess li ntuża biex Gvern Nazzjonalista akkwista l-art fil-Fekruna. Dan meta għadda lill-kumpanija Fekruna Ltd, art fis-Swieqi u oħra f’San Ġwann, li ġew stmati ftit aktar minn erba’ miljun ewro, seba’ mitt elf ewro anqas minn kemm ġiet stmata l-art tal-fekruna.

Madankollu, Jason Azzopardi tenna għal darba t-tnejn li huwa kburi b’dak li għamel. Mistoqsi mid-deputat Laburista Robert Abela u s-segretarju parlamentari Julia Farrugia, Jason Azzopardi mingħajr tlaqliq qal li jekk jerġa’ jiġih iċ-ċans, jagħmel l-istess fil-każ tal-fekruna.Kawża tal-għemil ta’ Azzopardi, il-poplu Malti tilef eluf kbar ta’ ewro.

Fix-xhieda tiegħu, Azzopardi beda billi sfida ruiling tal-ispeaker li ngħata t-Tnejn u beda jaqra l-istqarrija minflok il-punti importanti li talbu jagħmel l-ispeaker. B’reazzjoni, id-Deputat Robert Abela innota kif Azzopardi kien qiegħed jisfida lill-ispeaker. Bid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qabez għal Azzopardi

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend