ARA: Imħabbra skema ġdida b'benefiċċju massimu għall-kiri ta' bejn €3,600 u €5,000 fis-sena | One News

Notifiki

ARA: Imħabbra skema ġdida b’benefiċċju massimu għall-kiri ta’ bejn €3,600 u €5,000 fis-sena

Il-Gvern se jinvesti mal-ħames miljun ewro, sabiex jgħin madwar erbat elf persuna u familji li qegħdin jgħixu f’postijiet tal-kera u għandhom dħul baxx.

Kif imwiegħed fil-Budget għal din is-sena, il-Gvern daħal fis-seħħ benefiċċju ġdid fuq il-kera li se jirrifletti aktar il-prezzijiet tal-kirijiet.

Il-benefiċċju se jieħu post is-sussidju li kien jingħata mill-Awtorità tad-Djar u li ma jirrifletix il-prezzijiet reali tal-kera.

F’konferenza tal-aħbarijiet tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-finanzi Edward Scicluna u s-segretarju parlamentari għall-akkomodazzjoni soċjali Roderick Galdes intqal kif b’dan il-benefiċċju, il-gvern se jgħin l-aktar lil dawk il-persuni b’kazijiet ġenwini.

Il-benefiċċju se jinħadem mhux biss fuq id-dħul tal-applikant iżda wkoll fuq l-ammont ta’ kera’ mħallsa.

L-Awtoritá tad-Djar se tiddetermina l-ammont ta’ benefiċċju li se jingħata fuq bażi individwali, u dawk kollha li diġà qed jirċievu s-sussidju se jirċievu l-benefiċċju l-ġdid mingħajr il-bżonn ta’ applikazzjonijiet ġodda

Persuna waħidha li qabel setgħet tieħu massimu ta’ elf u sitt mitt ewro fis-sena issa tista tieħu massimu ta’ tlett elef u sitt mitt ewro.  

Żewġ adulti mingħajr tfal li qabel setgħu jieħdu massimu ta’ €1,900 fis-sena issa jistgħu jibbenefikaw sa €3,600.

Koppji bit-tfal u ġenitur wieħed b’wild wieħed ukoll raw żieda ta’ bejn €2,800 u €3,000 fuq dak li kienu jieħdu qabel.

Il-benefiċċju l-ġdid se jalloka wkoll €125 addizzjonali fis-sena lill-familji li jkollhom xi membru li jkun ibati minn xi diżabilita’, u €125 addizzjonali fis-sena lill-familji li jkunu aktar minn 5 membri. Familji li jkollhom jgħixu magħhom tfal fostered se jingħataw €300 addizzjonali fis-sena.

Is-segretrarju parlamentari  Roderick Galdes qal li dan huwa benefiċċju soċjali ġdid li daħħal il-gvern biex jgħin tassew lill-familji jgħixu aħjar.

“Dan il-beneficcju socjali se jinhadem jigu ikkalkulat skond kemm hemm nies. Dan huwa benefiċċju socjali gdid fejn nibnu struttura li nkomplu nsaħħuħ.”

Minn naħa tiegħu l-Ministru Edward Scicluna qal li dan il-benefiċċju, huwa għajnuna oħra għall-familji bi  dħul baxx. Filwaqt li qal li l-impenn tal-gvern huwa li jsaħħaħ din l-għajnuna.

“Jekk huma jew ma jhallsux taxxa jew ihallsu bil 15 percent jikkwalifikaw. M’ghandhomx ghalfejn jiehdu guramenti. Jiddikjaraw it taxxa u japplikkaw.”

Persuna li tikkwalifika għal dan il-benefiċċju għandha tiġbor applikazzjoni mill-Awtorita tad-Djar  jew inkella tnizzel applikazzjoni mis-sit elettroniku tal-awtorita tad-dar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend