ARA: Malta bl-aħjar programm ta' ċittadinanza b'investiment | One News

Notifiki

ARA: Malta bl-aħjar programm ta’ ċittadinanza b’investiment

Il-programm Malti ta’ ċittadinanza b’investiment ġie fl-ewwel post fi klassifika tas-Citizenship by Investment magħrufa bħala CBI.

Xhieda tas-serjetà tal-programm Malti kien il-fatt li pajjiżna kiseb il-massimu tal-punteġġ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ skrutinju tal-applikanti għaċ-ċittadinanza b’investiment.

Dan ir-riżultat tas-CBI ħareġ fl-istess żmien li l-Kummissjoni Ewropea ħarġet rapport dwar l-iskemi taċ-ċittadinanza u rrrikonoxxiet li Malta tispikka bħala dik li għandha programm b’saħħtu.

Il-Kummissjoni Ewropea rrimarkat li d-deċiżjoni biex jiġu nnaturalizzati ċ-ċittadini hija d-dritt sovran ta’ kull stat membru.

B’reazzjoni għar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern innota bi pjaċir ġew rikonoxxuti l-benefiċċji ekonomiċi tal-industrija, settur li qed jiġġenera bosta opportunitajiet ta’ impjieg madwar l-Unjoni Ewropea u d-dinja kollha.

Il-Gvern sejjaħ bħala pass fid-direzzjoni t-tajba biex ikun hemm livelli ogħla u aktar regolamentazzjoni f’din l-industrija madwar l-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern Malti sostna li pajjiża jinsab fuq quddiem nett biex jippromwovi b’mod kontinwu kollaborazzjoni akbar bejn il-pajjiżi hekk kif rakkomandat.

F’dawn l-ewwel erba’ snin, il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment ġġenera dħul ta’ aktar minn seba’ mitt miljun ewro, li sebgħin fil-mija minnhom qed jiġu investiti mill-ġdid fi proġetti infrastrutturali u soċjali għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u dawk futuri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend