BIL-FILMAT: Il-midja tal-PN b’fabrikazzjoni dwar il-Bank Ċentrali – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-midja tal-PN b’fabrikazzjoni dwar il-Bank Ċentrali

Minkejja li sena u nofs ilu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia wiegħed Mod Ġdid għall-Partit Nazzjonalista, IL-Mod Ġdid ma reġiex u bħal ta’ qablu, xorta baqa’ jattakka l-istituzzjonijiet Maltin.

Din id-darba kien imiss lill-Bank Ċentrali ta’ Malta fejn waqt il-programm Sorsi Nfurmati ta’ Joe Mikallef ġie allegat li fil-festin tal-Milied tal-istess bank, diversi ħaddiema infexxew jgħajtu Viva l-Labour.

Waqt dan il-filmat bla kulur u bi stampa mżellġa instemgħet tidwi l-għajta Viva l-Labour, bil-preżentatur tal-programm ta’ Net TV jerġa’ jikkonferma li n-nies fil-filmat kienu wħud mill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali.

Madankollu dan kollu ġie mgiddeb ċar u tond meta waqt il-programm Pjazza ġie żvelat kif dan il-filmat huwa mbagħbas.

Filfatt, dawk li nstemgħu jgħajtu fil-filmat ma kinux ħaddiema tal-Bank Ċentrali iżda kienu aġenti tal-Partit Laburista jiċċelebraw rebħa oħra storika mis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. Fl-istess filmat saħansitra nstema’ t-taħbit mal-perspex li hemm armat fl-istess sala.

Ftit tal-minuti wara li NET TV ħareġ b’din il-fake news, il-mistieden ewlieni fl-istess programm kien l-eks diriġent tal-Bank Ċentrali, Chris Pace.

Minkejja li kien mistieden sabiex jitkellem fuq il-governanza tajba fil-Bank Ċentrali, tliet snin ilu Pace kien kostrett jirreżenja wara li nqabad jispjuna għall-eks Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech.

Dakinhar, il-ġurnal it-Torċa kien rrappurta kif Pace flimkien ma’ numru ta’ esponenti oħra qrib il-Partit Nazzjonalista fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u fl-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kienu qed jileakjaw rapporti interni qabel ma jiġu ppubblikati jew saħansitra murija lill-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss