"Qatt f'mitt sena ma ħsibt li se nirbaħ" – Ara l-ewwel reazzjoni ta' Michela | One News

Notifiki

“Qatt f’mitt sena ma ħsibt li se nirbaħ” – Ara l-ewwel reazzjoni ta’ Michela

“Qatt f’mitt sena ma ħsibt li se nirbaħ X Factor Malta”, hekk irreaġixxiet Michela Pace propju ftit wara li rebħet u tat l-ewwel kummenti tagħha fuq il-palk lil one.com.mt.

B’umiltà kbira, il-kantanta mill-gżira tat-tliet għoljiet appellat biex ħadd ma jieqaf jemmen għaliex hi rnexxielha tikseb dan is-suċċess.

Fl-ewwel kummenti tagħha qalet li tħares ‘il quddiem għall-karriera sabiħa li għandha quddiemha hekk kif issa mistennija tiffirma kuntratt mad-dar tad-diski SONY.

Ma’ one.com.mt sostniet li tħossha onorata li issa se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv.

Irreaġixxew ukoll il-ġenituri ta’ Michela fejn l-emozzjoni tagħhom titkellem waħidha.
Ara l-ewwel reazzjoni ta’ Michela u l-ġenituri tagħha

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend