Milħuq ftehim temporanju biex jintemm ix-shutdown fl-Istati Uniti – One News

Notifiki

Milħuq ftehim temporanju biex jintemm ix-shutdown fl-Istati Uniti

Finalment, wara ħamsa u tletin jum, il-President Amerikan Donald Trump aċċetta ftehim ta’ dak magħruf bħala shutdown u b’hekk l-aġenziji federali jistgħu jużaw fondi pubbliċi għat-tliet ġimgħat li ġejjin.

Madankollu l-ftehim ma jagħti l-ebda fondi lil President Amerikan li jridhom biex biex jibni l-ħajt fil-fruntiera bejn il-Messiku u l-Istati Uniti.

Dan kien l-itwal shutdown fl-istorja Amerikana u aktar qabel Trump kien saħaq li mhux se jintlaħaq ftehim jekk ma jtuhx il-flus biex jibni l-ħajt mal-Messiku, wegħda ewlenija fil-kampanja Presidenzjali tiegħu.

Id-Demokratiċi li jikkontrollaw l-Kamra tar-Rappreżentanti ma qablux li trump għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu kważi sitt biljun dollaru sabiex jibni l-ħajt.

F’kummenti li ta wara li għadda l-ftehim mill-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat filwaqt li hu ffirma, il-President Amerikan qal li dan huwa ftehim temporanju u wissa li jista’ jiddikjara stat t’emerġenza biex jagħmel dak li jrid hu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend