Michela Pace tirbaħ X Factor u se tmur Tel Aviv għall-Eurovision | One News

Notifiki

Michela Pace tirbaħ X Factor u se tmur Tel Aviv għall-Eurovision

Michela Pace hija r-rebbieħa ta’ X Factor Malta u b’hekk se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest ġewwa Tel Aviv f’Mejju li ġej.

Michela Pace rebħet l-isfida wara li għelbet l-isfida tal-kantant Owen Leuellen li fl-aħħar fażi tal-kompetizzjoni kantaw kanzunetta kull wieħed.

Aktar qabel ġew eliminati żewġ kantanti, Petra u Nicole Frendo, fejn fost l-oħrajn il-finalisti interpretaw kanzunetti Maltin.

Pace mistennija tiffirma kuntratt mad-djar tad-diski Sony u l-kanzunetta li biha se tmur il-Eurovision se titħabbar iżjed ‘il quddiem.

Il-polza f’liema semi-finali se tikkompeti Malta se ssir nhar it-Tnejn li ġej ġewwa l-Iżrael.

L-aħħar darba li Malta għaddiet għas-serata finali tal-Eurovision kien tliet snin ilu meta Ira Losco kantant il-kanzunetta Walk On Water.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend