Dun Noel Vassallo maħtur bħala Vigarju Episkopali Ġdid għall-Kleru u l-Parroċċi – One News

Notifiki

Dun Noel Vassallo maħtur bħala Vigarju Episkopali Ġdid għall-Kleru u l-Parroċċi

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Noel Vassallo bħala Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi. Huwa ser jieħu post Monsinjur Frans Abdilla.

Dun Noel Vassallo twieled l-lmġarr fit-23 ta’ Diċembru 1957. Huwa ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1984. L-ewwel impenn pastorali tiegħu kien fid-djar tat-tfal tal-Knisja waqt li kien jgħin ukoll fil-parroċċa tal-lmġarr.

Fl-1991 inħatar direttur tad-djar tat-tfal tal-Knisja fejn serva għal sitt snin. Dun Noel serva wkoll bħala kappillan tal-parroċċa tal-Manikata, kappillan tal-parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid u kappillan tal-parroċċa ta’ Ħ’Attard.

L-uffiċċju tal-Vigarju Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi huwa responsabbli mill-formazzjoni u l-animazzjoni tal-kleru, il-parroċċi, u l-benesseri tas-saċerdot.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend