Mijiet ta' nies irrappurtati nieqsa fil-Brażil | One News

Notifiki

Mijiet ta’ nies irrappurtati nieqsa fil-Brażil

Fil-Brażil, madwar tliet mitt persuna għadhom rapurtati nieqsa wara li diga tal-ilma ċediet.

Dan l-inċident wassal biex il-ħama niżlet b’saħħa enormi u għattiet kafeterija li f’dak il-ħin kien hemm fiha numru ta’ ħaddiema.

Sa issa disa’ persuni nstabu mejta u l-ħaddiema ta’ salvataġġ qegħdin f’ġirja kontra l-ħin biex jippruvaw isalvaw xi nies.

Dan għalkemm kelliem għall-operazzjoni tas-salvataġġ saħaq li hemm possibilità remota ħafna li jinstabu xi nies ħajjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend