Beżżiegħ mhux iljun – One News

Notifiki

Beżżiegħ mhux iljun

Dan Godfrey Leone Ganado mhu xejn għajr beżżiegħ, kodard u minnu joħroġ biss ħdura. Inkun goff kemm inkun goff, lanqas biss inqareb xiber wieħed lejn il-mibegħda li għandu ġo fih għall-familja tal-Partit Laburista, għal kull min hu Laburist u Laburista u għal min ma jaqbilx miegħu.

Dan Godfrey huwa beżżiegħ mhux iljun skont kunjomu.

Mil-liema Università, jew waqt liema quddiesa semma’ jew tgħallem jattakka lil tifla, innoċenti, li tkellmet dwar dak li għaddew minnu ommha u missierha stess? Hawn xi tifla ta’ dak l-età u anke akbar, li d-dinja tagħhom ma ddurx mal-ġenituri?

Il-problema għal dan Ganado, hija li din it-tifla hija t-tifla tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Kif tista’ tgħajjar tifla, żatat, sempliċiment għax hija bint il-Prim Ministru, meta kienet qed tirrakonta dak li għaddiet minnu hi kawża ta’ gidba li ffabbrikew nies tal-istess pezza ta’ Ganado?

Dan huwa l-istess bniedem li jmur jixgħel ix-xemgħat, imur il-quddies u l-viġlijiet u jitkellem fuq il-libertà.

Dan huwa wkoll l-istess persuna li għajjar ‘qaħba’ lil Rosianne Cutajar li l-unika issue tagħha miegħu hija li hija Deputat tal-Gvern u l-Partit Laburista.

Miniex ser naqa’ fil-basezzi, tkun kemm tkun it-tentazzjoni, iżda għal ‘nies’ bħal dan, li jobqżu l-ħdura minn filgħodu sa filgħaxija, ir-risposta tagħna trid tkun dejjem it-tbissima, trid tkun dejjem dik id-daħqa.

Nassigurakom u ċert li xejn ma jaħraqhom aktar minn hekk.

Ta’ QabelLi Jmiss
Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

Send this to a friend