Id-di u d-do, il-ħajbu, u l-beati paoli…Dawn kif spiċċaw fl-ilsien Malti? – One News

Notifiki

Id-di u d-do, il-ħajbu, u l-beati paoli…Dawn kif spiċċaw fl-ilsien Malti?

Id-di u d-do. Dawn kienu żewġ bastimenti żgħar li dejjem kienu jbaħħru flimkien. Biex nibqgħu fuq it-tema marittima, baħri tal-arbanja, baħri tal-bnazzi li qatt ma ġarrab xejn. Dawn huma kliem li nibtu minn tradizzjonijiet fl-ilsien tagħna.

Fil-librerija tal-Fakultà tal-Arti fi ħdan l-Università ta’ Malta, il-gwida għat-turisti, Martin Morana għamel taħdita dwar espressjonijiet fil-Malti. Din it-taħdita ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Fakultà tal-Arti u saret bħala parti mill-proġett fuq it-tradizzjoni orali.

Fost l-oħrajn isemma kif il-kelma pastaż fl-antik kienet tirreferi għal travu li jerfa’ travi oħra.

Jaħseb għal xawwatu hija espressjoni oħra fil-Malti u din ġejja mill-fatt li xawwatu tfisser ftira rqiqa li tidħol fil-forn mimli sħana.

Morana hu jispjega quddiem numru ta’ nies li ssaħħru bl-interess li tqanqal mis-sbuħija tal-lingwa tagħna saħaq li ħajbu ġejja minn tifsira ta’ xi ħadd li jimxi fuq erba’ bħat-trabi.

Saħaq li biż-żmien din evolviet u ħajbu llum hija kelma assoċjata ma’ xi ħadd imħarbat jew żmattat.

Forsi l-aktar espressjoni li ġibdet interess kienet beati paoli, b’Morana jispjega kif l-influwenza minn Sqallija daħlet din l-espressjoni fil-miklem Malti.Hu u jirreferi għad-diżjunarju ta’ Missier l-ilsien Malti jiġifieri Mikiel Anton Vassalli, Martin Morana saħaq li beati paoli kienet setta’ leġġendarja li aktarx kienet tiltaqa’ bil-moħbi taħt l-art fil-belt ta’ Palermo. Spjega kif beati paoli hija espressjoni li fiha konjutazzjoni kemm waħda negattiva imma anki pożittiva.

Ta’ QabelLi Jmiss