Ġeru jinstab jibki lil ħuh fit-triq wara li ttajjar minn karozza | One News

Notifiki

Ġeru jinstab jibki lil ħuh fit-triq wara li ttajjar minn karozza

Ġeru tat-tip fox terrier instab jibki lil ħutu wara li ttajru minn karozza fis-Siġġiewi u tħallew isofru fit-triq. B’xorti tajba, il-ġeru ġie salvat mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali, ingħata l-kura li kellu bżonn, u issa qed jittama għal kapitlu ġdid ma’ familja ġdida. 

Uffiċjal mid-Dipartiment qal fuq Facebook li l-ġeru nstab fi stat ta’ xokk hekk kif hu u ħutu sfaw imtajjra minn karozza. B’qalb maqsuma qal li l-ġeru, li għandu biss tmien xhur nstab jibki ħdejn ħutu, wieħed mejjet, u ieħor għadu qed jingħata l-kura.

“Missu jistħi minn tajjar lil dawn il-klieb u ma ħasibx biex jinżel jagħtihom xi ftit ta’ għajnuna jew iċempel lilna”, saħaq l-uffiċjal fuq Facebook.

Issa l-ġeru jinsab għall-adozzjoni mid-Dipartiment.

Tgħid isib familja li verament tħobbu?

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend