Wara li għajjarha bi kliem malafamanti, jgħid li kien kumment ġust | One News

Notifiki

Wara li għajjarha bi kliem malafamanti, jgħid li kien kumment ġust

Il-kumment “However, Ħamalli, prostitutes and call girls, have the right to be represented in Parliament”, li kien kiteb Godfrey Leone Ganado fuq Facebook fil-konfront tal-Membru Parlamentari Labuista Rosianne Cutajar, ma kienx kumment malafamanti u għandu jitqies bħala kumment ġust. Dan insistih Godfrey Leone Ganadot stess.

F’risposta oħra bil-miktub li tat Rachel Antoinette Williams qalet li l-post li qed tirreferi għalih Cutajar, fejn fih ġiet mgħajjra ‘qaħba f’xalata’, mhux miktub minnha u li lanqas ireġixxiet għall-kumment dispreġattix fil-konfront tal-Membru Parlamentari.

Ganado u Williams, irrappreżentati mill-avukat Andrew Borg Cardona, qalu li t-talbiet rikorrenti għandhom jiġu miċħuda.

Meta fetħet iż-żewġ libelli, Rosianne Cutajar irrimarkat: “Kont instigata nagħmel dawn il-libelli mill-fatt li fl-aħħar jiem donnu kien hawn min ried jiġġustifika diskors malafamanti, bħal tgħajjir ta’ qaħba u qahba f’xalata, fost kliem oħrajn u insinwazzjonijiet. Filwaqt li ngħożż il-libertà tal-kelma nemmen li rridu nibagħtu messaġġ favur dibattitu iktar dinjituż. Ħassejt ukoll obbligu lejn in-nies li nirrappreżenta li ma naċċettax dan it-tip ta’ diskors proprju f’perjodu fejn qed nitkellmu tant kontra l-vjolenza u harassment”

Cutajar żiedet kif meta diskors simili ntqal fuq persuni oħra qrib il-Partit Nazzjonalista kien hemm kundanni mmedjati mill-media u diversi organizzazjonijiet, kif kellu jkun. “Iżda, donnu hawn min jaċċetah jekk ikun fuq xi ħadd ġej mill-Partit Laburista. B’din l-azzjoni rrid nibgħat messaġġ li l-ebda mara, lanqas min hu fil-politika, m’għandha taċċetta dan id-diskors li huwa attakk fuq id-dinjità tagħha,” żiedet id-deputat Laburista Cutajar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend