Membri Parlamentari Ingliżi se jressqu proposti biex jemendaw l-abbozz Brexit | One News

Notifiki

Membri Parlamentari Ingliżi se jressqu proposti biex jemendaw l-abbozz Brexit

Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jressqu proposti biex ikun emendat l-abbozz dwar Brexit tal-Prim Ministru Theresa May. Dan fl-istess waqt li May qed taħdem fuq Pjan B għal Brexit.

Il-Prim Ministru May qalet li l-ewwel kwistjoni li se tiddiskuti mal-MPs tagħha hija dik tal-fruntieri Irlandiżi. Il-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li l-Prim Ministru m’għandhiex l-iċken idea ta’ kemm hemm persuni li se jopponu l-abbozz tagħha.

Jidher ukoll li fost il-proposti mressqa mill-Membri Parlamentari Ingliżi hemm li d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea tkun estiża bi ftit xhur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend