It-tifel li miet mil-meninġite kien ingħata t-tilqim meħtieġ | One News

Notifiki

It-tifel li miet mil-meninġite kien ingħata t-tilqim meħtieġ

It-tifel ta’ erba’ snin li tilef ħajtu traġikament il-Ħadd li għadda minħabba l-marda tal-meninġita, kien ħa l-vaċċini kollha meħtieġa.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li għalkemm dawn il-vaċċini jipproteġu l-bniedem minn ċertu mard, ma jipprevenux kull każ. Fil-fatt, studju juri li l-vaċċin huwa 70% effettiv fil-prevenzjoni ta’ dan it-tip ta’ mard. B’kollox hemm 90 tip ta’ batterji li jikkawża mard ta’ dan it-tip. Wieħed mill-vaċċini disponibbli jipproteġi l-bniedem kontra 13-il tip, filwaqt li l-ieħor jipproteġi kontra 10 tipi oħra.

Li wieħed jitlaqqam huwa l-aħjar mod biex ikun żguart li ttieħdu l-miżuri possibbli ta’ prevenzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend