"Il-PN jitfa' l-piż fuq il-poplu"- il-PL | One News

Notifiki

“Il-PN jitfa’ l-piż fuq il-poplu”- il-PL

Għall-Partit Nazzjonalista s-soluzzjoni b’rabta mat-talbiet għas-sidien tal-pompi tal-petrol hi dak li jaqbad jaċċetta talba li permezz tagħha jogħla l-prezz tal-fuel għall-familji u negozji.  Fi stqarrija, il-Partit Laburista fakkar kif tul l-aħħar snin il-gvern ħaddem politika li waslet biex Malta llum għandha prezzijiet tal-fuel orħos mill-medja Ewropea. Kuntrast ma’ żminijiet il-gvernijiet Nazzjonalisti.

Il-pożizzjoni tal-PN hi wkoll kontra ftehim li kien laħaq Gvern Nazzjonalista stess u li jkopri kummissjonijiet tas-sidien.

L-istqarrija tal-lum dwar il-kwistjoni tal-pompi tal-petrol hija xhieda li jekk il-politika tal-enerġija terġa tkun fdata f’id il-Partit Nazzjonalista jkollna prezzijiet tal-elettriku u tal-fuel ogħla. Għax għall-PN kull sfida li jkun hemm fis-settur tissolva biex titpoġġa fuq il-konsumatur.

B’kuntrast, il-gvern qed juri li lest jiddiskuti mingħajr ma jintefa’ piż fuq il-familji u negozji, temm jgħid il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend