Il-Kummissarju għall-Istandards quddiem il-Parlament għall-ewwel darba | One News

Il-Kummissarju għall-Istandards quddiem il-Parlament għall-ewwel darba

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika rċieva erba’ ilmenti li tlieta minnhom qed jinvestigahom u ieħor li mhux ikun investigat għax ‘prima facie’ ma jaqax skont il-liġi.  Il-Kummissarju George Hyzler qal dan meta ltaqa’ l-ewwel darba l-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-Kummissarju Hyzler għandu sitt xhur biex jagħlaq investigazzjoni.

F’din il-laqgħa spjega t-tħejjijiet biex dan l-uffiċċju jieħu l-ħajja u kif fl-aħħar jiem saħansitra mar ir-Renju Unit biex jara kif jaħdmu hemm.

Qal li fir-Renju Unit kienu jippubblikaw kull ilment li jidħol u llum marru fl-estrem l-ieħor fejn ma jikkonfermawx jew jiċħdu x’qed jinvestigaw.
“Jista jkun hemm via di mezzi (triq tan-nofs),” qal il-Kummissarju li tenna li mhux faċli tikkonvinċi li lil min għamel l-ilment biex ma jgħid xejn. Hzyler tkellem dwar kif hu dejjem kien jitħasseb fuq akkużat li jbati r-riperkussjonijiet għax ismu jixxandar iżda mbagħad ma jinstabx ħati.

L-Avukat Hyzler qal li minbarra li jinvestiga jrid ukoll jagħmel suġġerimenti

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend