Ikompli d-diżgwid fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar – One News

Notifiki

Ikompli d-diżgwid fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar

Diżgwid bejn is-Sindku Nazzjonalista ta’ San Pawl il-Baħar Anne Fenech u l-Kunsilliera Nazzjonalista Antoinette Bezzina wasal sabiex il-laqgħa tal-Kunsill tieqaf ħesrem u tiġi sospiza.

It-tnejn fil-17:30, saret l-ewwel l-laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għal din is-sena l-ġdida, li mill-ewwel bdiet fuq nota ħazina. Ftit minuti wara li bdiet il-laqgħa, il-Kunsilliera nazzjonalista Antoinette Bezzina qajmet Point of Order fuq kantun li hemm fit-triq tagħha u għadu ma tranġax.

Bezzina bdiet tisaqsi lis-Sindku u tisaqsiha meta se jitneħħa dan il-kantun. Bil-kunsilliera Nazzjonalista qabdet u telqet ‘il barra mil-laqgħa tal-Kunsilli. Dan wassal biex l-laqgħa tal-Kunsill Lokali tieqaf ħesrem minħabba li ma kienx hemm kworum.

Sorsi fil-Kunsill Lokali tal-Partit Nazzjonalista qalulna li l-aġir tal-kunsilliera Nazzjonalista jista’ jittieħed bħala manuvra biex tagħmel ħsara lis-sindku Nazzjonalista. Is-sorsi żiedu jgħidu li Antoinette Bezzina hija biċċa waħda mal-eks Sindku Nazzjonalista, illum kunsilliera Nazzjonalista, Graziella Galea li kienet irreżenzjat bħal daż-żmien sena minħabba ġlieda ma’ kunsillieri nazzjonalisti. Għaldaqstant, mhux qiegħed ikun eskluż li dak li ġara it-tnejn fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali, kienet manuvra maħsuba miż-żewġ Kunsillieri Nazzjonalisti kontra s-sindku Nazzjonalista.

L-inkwiet fil-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar ma jista jieqaf qatt. Bil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, f’dawn is-sena u erba xhur li ilu Kap, qatt ma ħa interess fil-Kunsilli Lokali. Tant, li hemm kunsillieri nazzjonalisti li mhux se jerġgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Filwaqt li kien hemm kunsillieri Nazzjonalisti li rrizenjaw. Bħal kunsillier taż-żejtun Raymond Caruana, li irriżenja mill-Partit Nazzjonalista. Huwa rrizenja għaxart ijiem ilu, izda ir-rizenja tiegħu ġiet injorata mill-Partit Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend