Peter, il-kelb tad-Dwana jaqbad passiġġier iġorr aktar minn €26,000 mhux iddikjarati – One News

Notifiki

Peter, il-kelb tad-Dwana jaqbad passiġġier iġorr aktar minn €26,000 mhux iddikjarati

L-Uffiċjali tad-Dwana qabdu passiġġiet iġorr aktar minn €26,000 waqt tftittxija fis-sala tat-tluq mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus u t-Taqsia tal-Klieb, fuq titjira lejn Tunis.
Fi stqarrija, id-Dwana Maltija qalet li Peter, wieħed mill-klieb tagħha, innota li wieħed mill-passiġġieri jista’ jkun kien qed iġorr ammont sostanzjali ta’ flus kontanti. Il-Libjan kien mistoqsi kemm kien qed iġorr flus fuqu, u għall-ewwel wieġeb li kellu €9,000.
Wara tfittxija fuqu, €11,000 ġew elevati mill-bagalji tiegħu u €15,000 kienu moħbija fil-ħwejjeġ ta’ taħt tiegħu. Il-Pulizija ġew mgħarrfa dwar dan u l-passiġġier spiċċa arrestat għal aktar investigazzjonijiet, u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard it-Tnejn.

Id-Dwana fakkret li għalkemm passiġġier għandu dritt jivvjaġġa b’kemm ammont ta’ flus jixtieq, wieħed huwa obbligat bil-liġi jiddikjara dan jekk l-ammont jaqbeż l-€10,000 flus kontanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend