May tipprova tikkonvinċi lill-MPs tagħha jappoġġjaw l-abbozz Brexit | One News

Notifiki

May tipprova tikkonvinċi lill-MPs tagħha jappoġġjaw l-abbozz Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tipprova tikkonvinċi lil dawk il-Membri Parlamentari mill-Partit Konservattiv u tad-DUP biex jappoġġjaw il-ftehim tagħha dwar Brexit billi tipprova ssolvi l-kwistjonijiet tal-fruntieri Irnaldiżi.

Jidher li anke s’issa, l-akbar sfida għal May qed ikunu l-Membri Parlamentari li ilhom mill-2016 jappoġġjaw il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Sorsi fil-kabinett li tkellmu mal-midja Ingliża, qalu li May m’għandhiex għażla oħra għajr li tipprova tikkonviniċi lill-Membri Parlamentari tagħha jappoġġjaw l-abbożż tagħha, hekk kif mhux se jkollha appoġġ mill-Partit Laburista Ingliż.

Jekk il-Parlament Ingliż ma jappoġġjax l-abbozz ta’ May, ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu li ġej mingħajr ftehim jew perjodu ta’ tranżizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend