Liema films se jkunu nnominat għall-Oscars? – One News

Notifiki

Liema films se jkunu nnominat għall-Oscars?

Għada t-Tlieta fis-2.30 ta’ wara nofsinhar, jitħabbru n-nominazzjonijiet għall-Oscars.  Kif wieħed jistenna, bħalissa hawn ħafna spekulazzjoni liema huma l-films li jistgħu jkunu nnominati fil-kategorija għall-aħjar film.

Skont il-lagħba, wieħed mill-films l-aktar ikkwotati li ser ikun innominat hu “Roma”.  Dan hu film drammatiku miktub u maħdum taħt id-direzzjoni ta’ Alfonso Cuarón.  L-isorja hi semi-awtobijografika u jurina t-trobbija ta’ dan id-direttur Messikan fil-bidu tas-snin sebgħin.  L-isem tal-film ma jirreferixxix għall-belt kapitali Taljana imma għal distrett barra mill-belt kapitali Messikana magħrufa bħala Colonia Roma.  Dan il-film diġa rebaħ ħafna premjijiet, fosthom l-Iljun tad-Deheb fil-Festival ta’ Venezja.  Rebaħ ukoll żewġ Golden Globe Awards (għad-direzzjoni u bħala l-aħjar film mhux maħdum bil-lingwa ingliża).

Naturalment hemm films oħra li mistennija jisfidaw lil “Roma” f’din il-kategorija.

Skont il-lagħba, dawn huma l-għaxar films l-aktar ikkwotati li jistgħu jkunu nnominati fil-kategorija għall-aħjar film.  Jidhru fl-ordni ta’ kif inhuma pprefereruti mid-djar tal-lagħba.

    1. Roma
    2. A Star Is Born
    3. Green Book
    4. The Favourite
    5. Bohemian Rhapsody
    6. BlackKKlansman
    7. Black Pather
    8. Vice
    9. If Beale Street Could Talk
Ta’ QabelLi Jmiss
Mario Azzopardi għandu passjoni kbira għall-films. Ilu jipproduċi programmi għar-radju u t-televiżjoni dwar il-films mill-1981 u ilu jikteb fil-ġurnali tal-Union Press dwar il-films mill-1990. Ġie mistieden tliet darbiet għaċ-ċeremonja tal-Oscars minbarra stediniet oħra għall-European Film Awards u għall-festivals ewlenin ta’ Cannes, Berlin u Venezja. Kellu karriera twila ta’ għalliem. Kien Kap tal-Programmi Edukattivi fuq it-televiżjoni u r-radju nazzjonali. Aktar tard inħatar Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja li matul dan il-perjodu kien responsabbli għad-dħul tal-ischolarships għall-Masters u d-dottorat u għall-firxa akbar tal-korsijiet għall-adulti. Illum Direttur għall-Kultura. Fl-2013 inħatar Chairman għall-Bord tal-Klassfikazzjoni tal-Films.

Send this to a friend