“Jien lest li npoġġi fuq mejda u niddiskuti”- il-Ministru Joe Mizzi dwar il-kwistjoni tal-pompi tal-petrol – One News

“Jien lest li npoġġi fuq mejda u niddiskuti”- il-Ministru Joe Mizzi dwar il-kwistjoni tal-pompi tal-petrol

Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li l-Gvern lest li jerġa’ jpoġġi fuq il-mejda u jiddiskuti mas-sidien tal-pompi tal-petrol dwar il-kwistjoni tal-għajnuna li qed jitlbu biex ilħaqqu mal-ħtiġijiet infrastrutturali.

F’kummenti ma’ ONE NEWS wara li l-GRTU qalet li s-sidien qed jikkonsidraw li jistrajkjaw jekk ma jkunx hemm żidiet fil-qligħ mill-fjuwil, il-Ministru saħaq li mhu ser jieħu l-ebda deċiżjoni li ser tkun ta’ detriment għall-konsumatur.

“It-talbiet li għamlu l-GRTU jfisser li se jkollhom jogħlew ill-prezzijiet tal-fjuwil. Jiena offrejt li nibqa’ niddiskuti magħhom, imma mhux għad-detriment tal-konsumatur, għaliex dak li qed jitolbu huwa ta’ detriment għall-konsumatur u allura wieħed irid joqgħod attent”.

Il-Ministru Mizzi qal li l-offerta li għamel il-Gvern lis-sidien tal-pompi, ma tpoġġi l-ebda piż negattiv fuq il-familji Maltin u Għawdxin. Min-naħa l-oħra qal li l-ammont li talbet il-GRTU  ser tkun ta’ detriment għal kulħadd.

Fakkar li fl-2011, l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi kienet tat żieda fil-qligħ mill-fjuwil lill-pompi bil-kundizzjoni li dawn ikopru l-investimenti strutturali li għandhom isiru sal-2020:

“Bħala Gvern offrejna ż-żieda fuq fik li kien hemm miftiehem fl-2011, u allura din iż-żieda li qed noffru ma tagħmilx piż la għall-familji u lanqas għan-negozji. Ovvjament il-GRTU m’aċċettawx, imma dik hija pożizzjoni li jien ma nistax naffordja li l-konsumatur ibati l-konsegwenzi”.

Il-Ministru qal li għalkemm is-sidien kollha tal-pompi tal-petrol kellhom id-dmir u l-obbligu li jagħmlu dan, ftit minnhom biss applikaw għand l-Awtorità tal-ippjanar biex  jimmodernizzaw l-il-pompa tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend