ARA: Inawgurat is-saqaf ta’ fuq il-kor fil-Knisja ta’ Ħal Luqa – One News

Notifiki

ARA: Inawgurat is-saqaf ta’ fuq il-kor fil-Knisja ta’ Ħal Luqa

9 snin stenniha waslu sabiex is-Sibt filgħaxija jiġi inawgurat x-xogħol ta’ pittura, skultura u induratura fis-saqaf ta’ fuq il-kor fil-Knisja ta’ Ħal Luqa.

Ma’ One News tkellem il-Kanonku Michael Zammit fejn spjega li dan il-proġett ta’ 90 elf ewro Libbes lil din il-Knisja li fit-tieni Gwerra dinija sofriet minn ħsarat kbar.

“Din il-Knisja kienet iġġarfet bil-gwerra. Il-poplu reġa tellagħha wara l-gwerra u ovjament imma kienet għadha nistgħu ngħidu hekk arwiena mingħajr opri ta’ arti għajr il-kwadri tal-Artali.”

One News tkellem mal-artist Paul Camilleri Cauchi li kien responsabbli għall-pittura f’dan il-proġett estensiv.

Huwa ddeskriva l-partijiet differenti li tinkludi din il-pittura.

“Fit-titular għandek il-martirju sintendi huwa l-kwadru tal-Mattia Preti. Imbagħad jiena fil-parti tas-saqaf irrapreżentajt lill-glorja fejn għandek lill-Kristu mdawwar b’xi anġli u qaddisin orjentali u oċċidentali li bihom twassal it-tagħrif lilna minnhom stess fuq Sant Andrija u fil-parti tan-nofs għandek l-apateosi ta’ Sant Andrija li tgħaqqad mal-glorja.”

Cauchi spjega wkoll l-għażla wara l-kuluri bojod magħżula għal din il-pittura.

“Pruvajt inżomm ukoll ċertu kuluri monokromatiċi anke dawk ta’ ċertu bjuda apposta biex kemm jista’ jkun tirrispetta l-kwadru titulari u fl-istess ħin għalkemm għandi ċertu kulur iżomm ambjent ta’ unitá bejn il-parti ta’ isfel u l-parti ta’ fuq ukoll.”

Intant il-Kanonku Michael Zammit irringrazzja lill-poplu ta’ Ħal Luqa li dejjem għen sabiex dan it-tempju jerġa jinbena u jiżżejjen mill-ġdid.

“Il-poplu ħass li għandu bżonn jerġa jibda’ jżejjen dan it-tempju billi jibda’ jpitter. L-ewwel pittru l-koppla u issa wasalna għas saqaf tal-kor. Issa f’idejn il-ġeneriżita tal-poplu ta’ Ħal Luqa biex naraw x’inhu il-pass li jmiss fil-futur.”

Intant ix-xogħol metikoluż ta’ skultura u ndururatura sar mill-artisti Joseph Micallef u John Pace rispettivament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend