L-Ewro: proġett politiku li għenet fil-kriżi ekonomika – One News

Notifiki

L-Ewro: proġett politiku li għenet fil-kriżi ekonomika

L-ewro nħolqot bħala proġett politiku u għadu hekk sal-lum, fatt li għen sabiex fi żmien ta’ kriżi ekonomika nstabu soluzzjonijiet malajr.

Qal dan l-ewroparlamentari Laburista Alfred Sant waqt laqgħa pubbliku dwar l-aħħar żviluppi fl-għoxrin anniversarju tal-ħolqien tal-munita unika.

Minkejja l-għeruq politiċi wara l-ħolqien tal-ewro, Dr Sant qal li d-diskussjonijiet dwar l-iżviluppi fl-ewro dejjem jieħdu xejra teknika u ekonomika:

“Waħda tingħaqad mal-oħra, huwa proġett politiku għax ifisser li kull min qed jieħu sehem fih qed jgħid se niddeċiedi affarijiet li huma importanti għaċ-ċittadini tiegħi ma’ ħaddieħor. Imma rrid nagħmel kompromessi, irrid inċedi ħaġa biex nieħu oħra, u dik hija ħaġa li hija teknika imma fl-istess ħin politika, li hija delikata”.

Wara l-qawmien mill-kriżi ekonomika, sfida ewlenija għall-ewro hija li strutturi biex jissalvagwardjaw l-ewro minn kriżi oħra, għadhom nofs triq.

Dan għax diversi pajjiżi li bħalissa sejrin tajjeb, qed jargumentaw li dan ifisser li jridu jċedu parti oħra mis-sovranità tagħhom:

“Kull pass li jittieħed ‘il quddiem ġeneralment ikun pass żgħir, sakemm ma jkunx hemm kriżi kbira bħal ma kien hemm fl-2008, kien hemm kriżi kbira u allura l-affarijiet kellhom isiru nkella kollox jikkollassa, meta ma jkunx hemm dan is-sentiment ta’ kriżi, l-affarijiet jistaġnaw għax effettivament kull pajjiż, mingħajr ma jgħidha, isibha diffiċli li dak li qed jikkontrolla bħalissa ma jibqax jikkontrollah”.

Fost l-ideat li ssemmew kienu baġit uniku għaż-żona Ewro u Ministru tal-Finanzi għall-Ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend