Il-President tingħata dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta' Leicester | One News

Notifiki

Il-President tingħata dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester

Nhar il-Ġimgħa, f’Leicester l-Ingilterra, il-President ta’ Mata Marie-Louise Coleiro Preca ngħatat dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester.

Fl-okkażjoni tal-għoti ta’ dan l-unur, il-President kellha dedika speċjali lit-tfal kollha ta’ Malta u tar-Renju Unit. Hija qalet li dawn it-tfal mingħajr aċess għall-edukazzjoni qed jiġu mċaħħda minn dritt uman fundamentali, u anke minn dritt fundamentali li t-tfal għandhom u li jissemma fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda – liema konvenzjoni din is-sena tagħlaq 30 sena minn mindu ġiet iffirmata mill-parti l-kbira tal-pajjiżi tad-dinja.

Fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, il-President rringrazzjat lill-Università ta’ Leicester għal dan l-unur, u faħħret lill-istess istituzzjoni għas-sens ta’ inklużjoni li tħaddan u l-promozzjoni tal-valuri fosthom tad-dinjità umana. Il-President kienet akkumpanjata mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit Joseph Cole.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend