Erba' sigħat jiddiskutu l-futur ta' Delia | One News

Notifiki

Erba’ sigħat jiddiskutu l-futur ta’ Delia

Il-vot li ttieħed mill-membri tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista sabiex juru appoġġ tagħhom lejn il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma tteħidtx b’mod sigriet iżda bl-idejn.

Irrappurtat dan il-gazzetta The Times of Malta, b’sorsi li tkellmu magħha jgħidu li l-Partit Nazzjonalista kiteb l-istqarrija wara laqgħa twila li ħadet erba’ sigħat.

Għal kuntrarju ta’ dak li qal il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, il-laqgħa ddiskutiet fit-tul il-ġejjini ta’ Delia bħala Kap” qal wieħed mis-sorsi mat-Times. Żied jgħid li l-approvazzjoni tal-kandidati għall-elezzjoni tal-kunsill lokali ta’ Mejju kienet biss formalità. Bil-kundizzjoni li jibqa’ anonimu, is-sors li huwa membru tal-amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, qal li fil-laqgħa tal-amministrattiv, Adrian Delia għamel preżentazzjoni biex jipprova jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu.

Delia qiegħed jħabbat wiċċu ma’ ħafna allegazzjonijiet fosthom dawk ta’ ħasil ta’ flus li ġejjin mill-prostituzzjoni. Is-sors żied jgħid li ħadd mill-membri ma għolla jdejh jew astjena mill-vot wara li dawk preżenti ntalbu jgħidu jekk kellhomx oġġezzjoni għall-istqarrija  u jekk kinux qegħdin japprovawha.

Qal li huwa vvota kontra qalbu għal Delia għax ħass li f’dan l-istadju jkun suwċidju politiku li tibda ribelljoni.

Il-membru tal-amministrattiv li baqa’ anonimu qal li wara l-laqgħa tal-Erbgħa kellu reazzjoni negattiva u b’saħħitha minn dawk li kellhom tama li tittieħed xi forma ta’ azzjoni fil-konfront ta’ Delia.

Waqt li stqarri li ġietu t-tentazzjoni li jirriżenja mill-partit, qal li l-unika għażla hija li jistennew sal-elezzjonijiet ta’ Mejju li ġej.

Intant, ONE News jista jizvela li lukanda ewlenija fil-Floriana, qiegħda terġa issevri bħala post li fiha jiltaqgħu esponenti nazzjonalisti, sabiex jikkonfofaw u jiddiskutu s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista.

Il-ġimgħa għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, saret laqgħa sigrieta bejn l-eks Kapijiet Nazzjonalisti Simon Busuttil u Lawrence Gonzi.

Minkejja li ma ONE News, Gonzi irrifjuta li jikkummenta, Simon Busuttil ħareġ minn bieb ieħor li għandha l-lukanda, sabiex jevita lil dan l-istazzjon.

Il-Ħadd li għadda l-gazzetta Kullħadd zvelat li Richard Cachia Caruana qiegħed jiltaqa’ mad-Deputati Nazzjonalist, f’dan l-agħar mument tal-Partit Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend