BIL-FILMAT: Raġel ta’ 63 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Għaxaq – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Raġel ta’ 63 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Għaxaq

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, f’Ħal Għaxaq.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-06:00 tal-Ġimgħa filgħodu meta fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett li minn stħarriġ preliminari li għamlu, rriżulta li raġel ta’ 64 sena mill-Gudja, waqt li beda jsuq il-vettura tal-għamla Ford Transit, laqat raġel ta’ 63 sena li joqgħod Wied il-Għajn u li kien qiegħed jaqsam it-triq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend