L-MFSA bi twissija dwar entità li tgħid li topera minn indirizz f'Malta | One News

Notifiki

L-MFSA bi twissija dwar entità li tgħid li topera minn indirizz f’Malta

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-MFSA, qed twissi dwar kumpanija FXNobels li qed tgħid li qed topera minn indirizz f’Malta. L-entità forex brokerage, li tippermetti lill-konsumaturi li jbiegħu u jixtru forex, CFDSs, stocks u muniti virtwali fuq l-internet, mhux qed topera minn Malta, u lanqas hija liċenzjata jew awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ investimenti finanzjarji lill-konsumaturi.

L-Awtorità żiedet tgħid li skont informazzjoni li kisbet, FXNObels aktarx li hi skema dubjuża b’riskju għoli ta’ telf ta’ flus. Għalhekk, konsumaturi tas-servizzi finanzjarji m’għandhomx jidħlu f’negozju jew tranżazzjonijiet mal-entità msemmija hawn fuq.

L-MFSA appellat lill-investituri u konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex qabel ma jagħmlu kwanlunkwe investiment jew jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji, jiżguraw li l-entità li magħha jsir l-investiment jew it-transazzjoni hija awtorizzata mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji applikabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend