Delia jkompli bl-attakki fuq Simon Busuttil u sħabu | One News

Notifiki

Delia jkompli bl-attakki fuq Simon Busuttil u sħabu

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kompla bl-attakki tiegħu fuq l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u l-fazzjoni tiegħu. Intervista fuq il-programm Dissett fuq TVM dwar il-kriżi fit-tmexxija tal-partit Nazzjonalista, Delia qal li s-sitwazzjoni mhux sejra għall-agħar.

Mistoqsi jekk irnexxielux jgħaqqad il-Partit warajh, Delia akkuża lill-fazzjoni ta’ Busuttil bl-inkwiet intern li għandu fil-partit:

“Le ma naħsibx li kont a unifying factor għalissa, fil-konfront biss ta’ dawk li l-unità fil-Partit ma jridux”. Delia qal li mhux minnu deputati ewlenin fil-back bench tiegħu mhux qed jidhru miegħu fl-attivitajiet tal-partit. Huwa żied jakkużahom li jaħsbu li jafu kollox, iżda qal li kienu l-kaġun għat-telfiet kbar li ġarrab il-Partit Nazzjonalista.

Mistoqsi dwar l-attakk ta’ Busuttil fil-konfront tal-Qorti, Delia qal li ried jitkellem dwar il-kawżi tiegħu u mhux ta’ Busuttil għax qal li tiegħu huma aktar importanti.

Fl-istess waqt li stqarr d-deċiżjoni tal-imħallef torbot u li hu ma jħobbx juża aġġettivi biex jiddeskrivi sentenzi tal-qorti, qal iżda li jekk Busuttil ikun irid l-appoġġ tal-Partit, lest li jesplorah.

Intant matul il-programm, il-ġurnalist veteran Godfrey Grima, qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab f’qagħda diżastruża. Grima kellu kliem iebes ukoll għall-fazzjoni ta’ Simon Busuttil. Saħaq li minkejja l-mod ġdid li Delia tant għajjat u saħaq bih, mhux qed jirnexxielu jinfluwenza la lin-nies fi ħdan il-partit tiegħu u lanqas lin-nies hemm barra.

Intant is-sur Grima kellu kliem iebes għall-ewroparlamentari Nazzjonalisti Roberta Metsola u David Casa għall-għemil tagħhom kontra Malta fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend