Tusk jagħti x’jifhem li hu tal-fehma li r-Renju Unit għandu jibqa fl-UE – One News

Notifiki

Tusk jagħti x’jifhem li hu tal-fehma li r-Renju Unit għandu jibqa fl-UE

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, ta x’jifhem li r-Renju Unit għandu jibqa’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea wara li l-abbozz ta’ Brexit tal-Prim Ministru Theresa May kien miċħud mill-Parlament Ingliż it-Tlieta filgħaxija.

“Jekk ftehim huwa impossibbli, u ħadd ma jrid ftehim, min se jkollu l-kuraġġ jgħid liema hi l-unika soluzzjoni?”, qal Tusk fuq Twitter ftit tal-ħin biss wara li ttieħed il-vot f’Westminster.

Il-Membri Parlamentari Ingliżi vvotaw 432 kontra u 202 favur l-abbozz fuqu kien hemm qbil bejn il-Gvern ta’ May u l-Unjoni Ewropea, li kellu l-għan li jiġi fis-seħħ nhar id-29 ta’ Marzu li ġej.

Bosta uffiċjali għolja tal-Unjoni Ewropea u tar-Renju Unit wrew dispjaċir għar-riżultat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend