Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza f’Għawdex – One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza f’Għawdex

Taljan ta’ 36 sena li jgħix ix-Xewkija, Għawdex, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-mutur li kien qed isuq ħabat ma’ karozza f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-19:50 tat-Tlieta filgħaxija fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, meta l-mutur li kien qed jinstaq mill-vittma ħabat ma’ karozza tat-tip Opel Corsa misjuqa minn mara ta’ 67 sena minn Għajnsielem.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend