Ġlieda fuq tfajla wasslet lil erbat irġiel il-Qorti – One News

Notifiki

Ġlieda fuq tfajla wasslet lil erbat irġiel il-Qorti

Erbat irġiel tressqu l-Qorti wara li ġew fl-idejn minħabba tfajla li fl-imgħoddi kienet toħroġ ma’ wieħed minnhom. Il-każ jeħodna lura għal Lulju li għadda f’parkeġġ f’Marsalforn, Għawdex.

Kien għall-ħabta ta’ nofsilejl meta allegatament Steven Vella, Adrian Vella, u Jason Pace ħebbew għal Shaun Farrugia u żewġ nisa li kienu miegħu. Dawn tal-aħħar ġarrbu ġrieħi ħfief, u kien hemm ukoll vittma ieħor fl-allegata ġlieda. 

Shaun Farrugia kien akkużat ukoll li f’każ separat imbotta lil Adrian Vella u lil Jason Pace.

Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li kull persuna għandha dritt toħroġ minn relazzjoni, u li terzi persuni m’għandhomx jindaħlu fi kwistjonijiet ta’ bejn koppja. Dan filwaqt li żied li l-Qorti ma tistax tipprova ssolvi problemi bħal dawn u tispiċċa bħal klassi tan-nuna.

Shaun Farrugia ma nstab ħati ta’ ebda akkuża miġjuba kontrih, u t-tliet imputati oħra nstabu ħatja li ħebbew għal raġel ieħor, u ġew imwiddba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend